site requirements
Ikkuntattjana Bidu links
contact us
change language Kroat Taljan Grieg Portugiż Malti Ingliż
logo
Lowgo ta’ l-UE
Formola ta’ Applikazzjoni għall-Kors ta’ Taħriġ
Programm Qafas tal-Komunità Ewropea Strateġija Qafas dwar l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel (2001-2005)

NCPE
Inwasslu l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Komunitajiet Lokali
NCPE Gattard House
National Road Blata l-Bajda

tel +356 2590 3850
faks +356 2590 3851
imejl
NCPE
NCPE logo

l-Istqarrija dwar il-Privatezza

1.0 Stqarrija dwar il-privatezza

Aħna impenjati li nħarsu l-privatezza tal-viżitaturi tagħhna u ma niġbrux informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur jekk dan ma tkunx tajtulna int b’mod volontarju. Kwalunkwe informazzjoni personali li int tagħtina tiġi miżmuma fir-records tagħna skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.

2.0 L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001

L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 ġie ppromulgat fl-14 ta’ Diċembru 2001, filwaqt li t-taqsima li tirrigwarda l-ħatra tal-Kumissarju għall-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u t-Tribunal għall-Appelli dwar il-Protezzjoni u l-privatezza tad-Data daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2002. Għalhekk aħna nqisu li għandha l-obbligu legali li nirrispettaw u nħarsu kull informazzjoni personali li nieħdu mingħandek u li ser nirrispettaw dan l-obbligu. Aħna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex nipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek, li nkunu ħadna mingħandek bħala viżitatur, lil terzi persuni jekk int ma tkunx awtorizzajtna nagħmlu dan.

3.0 Informazzjoni Miġbura

Aħna niġbru żewġ tipi ta’ informazzjoni dwarek bħala viżitatur:
Informazzjoni dwar kif nikkuntattjawk jew dwar xi rispons tiegħek
Informazzjoni dwar kif tiddawnlowdja l-paġna ta’ l-internet

3.1 Kuntatt jew Rispons

Meta timla l-formola “IKKUNTATTJANA”, aħna nużaw l-informazzjoni personali li tkun ġiet mibgħuta fil-formola, biss biex inwieġbu l-messaġġ li tkun bagħattilna. L-informazzjoni personali ma tinżamx iżjed milli jkun hemm bżonn u tiġi mħassra ladarba r-rispons ikun sar.

4.0 Links ma’ siti oħra ta’ l-internet

Is-sit ta’ l-internet tagħna għandu numru ta’ links ma’ organizzazzjonijet u aġenziji lokali u internazzjonali oħra. F’ċerti każijiet, għal-benefiċċju tal-viżitatur, jista’ jkun meħtieġ li nikkollegaw ma’ websajts ta’ organizzazzjonijiet oħra wara li knunu ksibna l-permess mingħandhom. Huwa importanti li tinnota li wara li tkun ikkollegajt ma sit ta’ l-internet ieħor, int ma tkunx għadek fuq is-sit ta’ l-internet tagħna u għaldaqstant int tkun soġġett għall-politika ta’ privatezza tas-sit ta’ l-internet il-ġdid.

5.0 Aċċess għall-informazzjoni tiegħek

Meta trid, tista’ tistaqsina dwar x’informazzjoni jista’ jkollna dwarek, f’dak iż-żmien partikolari. Int għandek id-dritt li titlob li dettalji mhux preċiżi jiġu kkoreġuti u fejn ikun hemm bżonn imħassra, jekk dawn ma jkunux diġà tħassru.

6.0 Tibdil f’din l-Istqarrija ta’ Privatezza

Jekk ikun hemm xi tibdil f’din il-Politika ta’ Privatezza, aħna nissostitwixxu din il-paġna b’verżjoni aġġornata. Hu għalhekk fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna dwar il-“L-istqarrija ta’ Privatezza” meta int tidħol fil-paġni ta’ l-internet tagħna biex b’hekk tkun taf b’xi tibdil li jista’ jseħħ minn żmien għal żmien.

 
 
www.gov.mt

2007 NCPE - Inwasslu l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Komunitajiet Lokali
Aqra l-Istqarrija dwar il-Privatezza .

Accessibility Statement          Copyright          Disclaimer          Site Map
 
Speĉifikazzjonijiet tekniĉi ta’ dan is-sit